Il-Ġbir ta’ Skart Goff minn wara biebek

Ir-rimi ta’ skart goff minn dejjem kien ta’ problema għal dawk li kienu u għadhom konxji tal-ħtieġa li l-ambjent ta’ madwarna jinżamm nadif. Fortunatament, din il-mentalità kompliet tissaħħaħ matul iż-żmien u llum hawn kuxjenza fost il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi. Iżda biex dan seta’ jsir, kien meħtieġ li jkunu provduti s-servizzi siewja ta’ ġbir.

Fejn jidħol l-iskart goff, illum kull ma trid tagħmel hu li ċċempel lill-Kunsill Lokali tiegħek, tagħtihom id-dettalji meħtieġa tal-iskart li trid jinġabar, u l-Kunsill jinfurmak mill-ewwel meta għandek toħorġu barra l-bieb tad-dar tiegħek. Hekk, tkun qed teħles mill-iskart b’mod l-aktar prattiku u effiċjenti. Kull ma trid sforz żgħir min-naħa tiegħek biex is-sistema tkompli taħdem bis-suċċess li għamlet s’issa. 

Dan is-servizz tal-Kunsilli Lokali ġmielu beda jħalli l-frott. Sparixxew ħafna mit-tbajja fi nħawi mwarrba mimlijin skart goff mixħut bl-addoċċ li sfortunatament kellhom għal żmien twil xi rħula u bliet. Għad baqa’ tbajja, u l-pjan huwa ċar: li dawn kollha jispiċċaw darba għal dejjem. B’risq ir-residenti nfushom u l-familji tagħhom.

Fejn jidħol l-iskart domestiku wkoll, b’seħħ minn Jannar 2023, il-ġbir u l-ġarr tal-iskart domestiku kollu beda jsir fuq bażi reġjonali u għalhekk tneħħiet l-anomalija li kienet teżisti dwar l-iskedi tal-ġbir tal-boroż b’modi differenti bejn il-lokalitajiet. Ir-riżultat kien li l-iskeda tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu bdiet tkun waħda uniformi.

Il-messaġġ ewlieni kien li Malta u Għawdex ikollhom sistema waħda ta’ ġbir tal-iskart, sistema li taħdem fil-prattika u effiċjenti. Nibżgħu għaliha. Aktar ma n-nies tifhem u tapprezza kemm siewi u meħtieġ huwa dan is-servizz, iktar ikollna triqat u pjazez nodfa biex jitgawdew mir-residenti u t-turisti jżurhom.

FacebookTwitter
gvern lokali
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.