Scroll to top

Il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi ġie stabbilit wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2026. Il-Ministeru jiġbor flimkien oqsma u entitajiet ewlenin li jaqdu direttament lill-komunitajiet, fosthom id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, u l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi, kif ukoll il-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali.

Billi jaħdem mill-qrib mal-kunsilli lokali u mal-komunitajiet, il-Ministeru huwa impenjat li jtejjeb l-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura u s-servizzi essenzjali madwar Malta u Għawdex. Permezz tad-dipartimenti u l-entitajiet tiegħu, il-Ministeru għandu l-għan li jibni komunitajiet aktar nodfa, sikuri, vibranti u moqdija aħjar, filwaqt li jiżgura kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti fil-lokalitajiet tagħhom.

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ġie stabbilit f’Jannar 2020, wara riorganizzazzjoni tad-dipartimenti ministerjali b’riżultat tal-mandat tal-Prim Ministru l-ġdid. Dan il-Ministeru huwa responsabbli mill-oqsma ewlenin tal-Wirt Kulturali, Restawr, Kultura, Arti, Teatri, Ilsien Malti, Arkivji Nazzjonali, Librerija Nazzjonali, Gvern Lokali, Xandir, u s-settur awdjoviżiv. Minn dakinhar, ilha taħdem biex dawn is-setturi javvanzaw skont il-programm tal-Gvern.

Għalhekk, il-Ministeru huwa kommess li jippromwovi u jippreserva l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, kif ukoll li jappoġġja u jsaħħaħ il-kreattività u l-espressjoni artistika. Permezz tad-diversi programmi u inizjattivi tagħna, aħna nimmiraw li nippromwovu d-diversità kulturali, ninkoraġġixxu l-innovazzjoni u l-kreattività, nipprovdu opportunitajiet għall-individwi u l-komunitajiet biex ikomplu japprezzaw l-arti, kif ukoll insaħħu s-settur awdjoviżiv u x-xandir pubbliku.

gvern lokali

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.