Minn Bormla u jien noqgħod il-Kalkara. Bint Emanuela u Anthony Zerafa. It-tieni minn ħames aħwa, miżżewweġ lil Christian Civelli u omm tifla ta’ sitt snin, Carla. Jien dejjem attendejt skejjel tal-gvern u wara s-sixth form rreġistrajt l-Università ta’ Malta għall-kors tal-Baċellerat fl-Edukazzjoni. Imbagħad bdejt nistudja u ksibt master’s degree fl-edukazzjoni mill-Università ta’ Malta u bħalissa qed issegwi master’s in management and Good Governance.

Il-professjoni tiegħi hija dik ta’ edukatur. Għallimt f’diversi livelli u fi skejjel tal-gvern. Ħdimt ma’ studenti b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġieba. Fl-2016 servejt bħala assistent prinċipali u aktar tard bħala koordinatur f’ċentru ieħor ta’ tagħlim.

Bejn l-2013 u l-2022 kelli l-kariga ta’ Sindku ta’ Bormla – kariga li minnha tgħallimt immens, u li ta’ kuljum ressqet eqreb lejn in-nies. F’Marzu 2022 ikkontestajt l-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Laburista u ġejt elett fil-Parlament Malti fejn ġejt fdat bil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.

Involviment Politiku u Lokali

Minn sittax-il sena kont involut b’mod attiv f’diversi gruppi lokali u fil-partit Laburista fuq bażi volontarja. L-ewwel xogħol tiegħi bħala voluntier kien f’Daritama Bormla u wara fil-kumitat Laburista lokali ta’ Bormla. Ħadt sehem ukoll fl-ogħla istituzzjonijiet tal-Partit Laburista – kemm fl-Eżekuttiv Nazzjonali kif ukoll fil-Forum Żgħażagħ Laburisti. Ħadt sehem ukoll fi programmi televiżivi popolari fuq ONE TV, fosthom Bla Agenda, Viċi-Versa, Sitta Ġewwa u ħafna oħrajn.

Skip to content