MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

Il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi ġie stabbilit wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2026. Il-Ministeru jiġbor flimkien oqsma u entitajiet ewlenin li jaqdu direttament lill-komunitajiet, fosthom id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, u l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi, kif ukoll il-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali.