Previous slide
Next slide
Spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha

Il-ħajja mhix xogħol u taħbit biss. Il-bniedem jeħtieġ il-ħin ħieles tiegħu, iċ-ċans li jqatta’  sigħat ta’ trankwillità u mistrieħ mal-familja u l-ħbieb. Biex jista’ jagħmel dan, jeħtieġ li jsib – kemm jista’ jkun qrib l-inħawi tiegħu – l-ġonna, l-ispazji miftuħa, l-imsaġar, u ż-żoni ta’ rikreazzjoni.

Waqt li l-Kunsilli Lokali huma kommessi li jieħdu ħsieb iż-żamma u l-manutenzjoni ta’ spazji miftuħa u rikreattivi eżistenti, hemm dejjem il-ħtieġa li jkun hawn aktar minnhom. Bil-ħolqien ta’ spazji ġodda, l-Kunsilli Lokali, bl-appoġġ u s-sostenn tal-Gvern ċentrali, jkunu qegħdin jilħqu lil dawk ir-residenti tagħhom mixtiqin għal ftit mistrieħ wara ġurnata jew ġimgħa xogħol. It-tgawdija tal-familja flimkien f’ambjent sabiħ li jilqgħek huwa parti sħiħa mill-ħidma msejsa fuq strateġiji nazzjonali li għandhom l-għeruq tagħhom fil-wegħdiet elettorali kemm tal-Gvern kif ukoll tal-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali.

Sabiex jinkoraġġixxu dan l-aspett importanti fil-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, inħarġu diversi skemi maħsubin biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u jtejbu ħajjet ir-residenti, fosthom l-iżvilupp u t-titjib tal-playingfields. F’postijiet diversi, bħan-Naxxar, Ħal Lija, il-Ħamrun u oħrajn, saru proġetti għall-ħolqien ta’ ġonna, spazji rikreattivi u outdoor gyms li mill-ewwel bdew iħallu effett fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Dawn il-proġetti qed isiru bil-għan sagrosant li jinħoloq il-bilanċ mixtieq bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja fi ħdan il-familja, ħbieb, u persuni bl-istess mezzi ta’ rikreazzjoni u saħħa fiżika.

Play Video
FacebookTwitter