Trasport b’xejn għall-anzjani u persuni vulnerabbli

Il-komunità fl-ibliet u rħula hija magħmula minn ġenerazzjonijiet differenti li kollha għandhom il-ħtiġijiet tagħhom, b’mod partikolari l-anzjani u l-persuni vulnerabbli. Bil-għan li f’kull lokalità jitkattar aktar is-sens ta’ anzjanità attiva u indipendenti fil-komunità. Illum huma ħafna l-Kunsilli Lokali li joffru servizz ta’ trasport b’xejn kemm għall-anzjani kif ukoll għal persuni vulnerabbli, dejjem bil-għan li jkunu jistgħu jagħmlu diversi qadi ta’ kuljum.

Minbarra li jagħti lill-anzjani u l-persuni vulnerabbli l-kapaċità li jibqgħu fi ħdan il-komunità waqt li jinqdew mingħajr tfixkil jew tbatija, is-servizz ta’ trasport b’xejn inaqqas ukoll il-piż minn fuq il-qraba u carers tagħhom. Kull ma jkun hemm bżonn hija ċempila lill-Kunsill Lokali tal-lokalità tiegħek.

Dan is-servizz seta’ jibda jingħata u jitwessa’ bis-saħħa ta’ fondi diversi lill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex bil-ħsieb li jkunu jistgħu jinvestu f’karozzi u vannijiet meħtieġa biex joffru dan it-trasport.

L-inizjattivi f’dan il-qasam kienu diversi, fosthom għotja mill-aġenzija LESA lill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar għax-xiri ta’ vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet tal-komunità f’xejn inqas minn tnax-il Kunsill Lokali fir-reġjun.  Ftit tax-xhur qabel kien imiss lill-anzjani u l-persuni b’diżabilità f’Raħal Ġdid (Paola) li jibdew igawdu minn trasport b’xejn provdut fuq vann elettriku u aċċessibbli b’rampa bis-saħħa ta’ fondi Norveġiżi u tal-Kunsill Lokali. Għajnuna fil-kisba ta’ vannijiet u karozzi elettriċi ngħatat ukoll lill-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Lija, l-Ħamrun, u l-Kalkara fost l-oħrajn.

It-trasport b’xejn għall-anzjani u persuni vulnerabbli jirrifletti d-dritt ta’ kull persuna li tgħix ħajja indipendenti fi ħdan dik il-komunità li fi ħdanha tat is-sehem  tagħha u kibret fil-għożża tal-familja, ħbieb, u ġirien. Fl-istess ħin tkun qed titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-għajxien sostenibbli fil-komunità.

FacebookTwitter
gvern lokali
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.